“Grazzi Mill-Qalb Lill-Ġenituri Kollha Li Ħadu L-Ħin Biex Iġibu Lil Uliedhom Il-Knisja Fit-Tieġ Tagħna.” – Smart Heroes Primary Private Lessons

Tfal fit-tieġ

L-għalliema Mrs. Psaila qasmet messaġġ mimli gratitudni fuq il-paġna Smart Heroes – Primary Private Lessons wara t-tieġ tagħha.

Fil-messaġġ tagħha, irringrazzjat lill-ġenituri kollha li ħadu l-ħin biex iġibu lit-tfal tagħhom il-knisja sabiex ikunu preżenti għal dan il-jum tant speċjali fil-ħajja tagħha u ta’ żewġha.

Mrs. Psaila qalet li kienet emozzjoni kbira għaliha li tara lill-istudenti tagħha jaqsmu magħhom dawn il-mumenti sbieħ, u sostniet li l-preżenza tagħhom fissret ħafna.

“Grazzi mill-qalb lill-ġenituri kollha li ħadu l-ħin biex iġibu lil uliedhom il-Knisja fit-tieġ tagħna… Grazzi talli kontu parti minn memorja daqshekk sabiħa li se ngħożżu għal dejjem. Bi mħabba, Is-Sur u s-Sinjura Psaila.”

Awguri lil Alessia u Leander!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI