Fuq il-paġna tiegħu, l-atleta Vincenzo Garofalo ħabbar li se jkun qed jipparteċipa f’Ironman, tellieqa diffiċli mmens li tirrikjedi ħafna dedikazzjoni u sagrifiċċji.
Hu spjega, “L-ajruport, ir-rota lesta, is-sieq prostetika lesta, il-krozzi lesti. L-ikbar sfida tal-ħajja l-ġdida tiegħi qiegħda wara l-kantuniera. Erba’ snin ilu qomt f’sodda tal-isptar mingħajr sieq. Illum, se nitlaq biex nipprova nagħmel Ironman sħiħa.”
Żied jgħid, “Ma nafx x’se jiġri fl-14 ta’ Ġunju. Naf biss li se nagħti dak kollu lli għandi. Minn Malta għal Franza, b’sieq waħda imma elf raġuni biex ma naqtax qalbi. L-isfida vera tibda issa.”
Kuraġġ Vincenzo, aħna lkoll warajk u m’għandniex dubju li se tagħmel ħiltek kollha biex iġġib riżultati mill-aqwa!
Facebook / Vincenzo Garofalo