“Donazzjoni B’Risq Il-Malta Community Chest Fund, Miġbura Mill-Attivitajiet Li Saru Matul Skolasajf” – Il-President Myriam Spiteri Debono

Fuq il-paġna uffiċjali tal-President Myriam Spiteri Debono, il-President irringrazzjat lill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi għal donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Fuq il-paġna kitbu, “Għal sena oħra, it-tmexxija tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi żaret lill-President Myriam Spiteri Debono biex ippreżentatilha donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund, miġbura mill-attivitajiet li saru matul SkolaSajf. Il-flus inġabru miċ-ċentri madwar Malta u Għawdex, f’attivitajiet li fihom involvew lit-tfal, l-impjegati u l-qraba tagħhom, waqt li nġabru l-flus bl-għan li l-Malta Community Chest Fund tkompli tgħin lil dawk kollha li jiġu bżonnha.”



Spjegaw, “Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi toffri servizzi fiċ-ċentri taċ-childcare tal-Istat, kif ukoll is-servizz Klabb 3-16 u SkolaSajf.”



Nirringrazzjaw lil kull min kien involut f’din il-ġabra!



Ritratti:

Facebook / Myriam Spiteri Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI