Donazzjoni Sabiħa Għal Puttinu F’Isem Jack Psaila

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Jack Psaila li nġabret somma sabiħa fil-memorja tiegħu.

Qalu, "B’tifkira mimlija mħabba tal-għażiż nannu u kunjatu tagħna, Jack Psaila li sfortunatament ħalliena fis-17 ta’ Ottubru 2026, wara battalja kontra l-kanċer. Permezz tal-inizjattiva November Bones, u bl-għajnuna tal-kollegi u l-ħbieb tagħna rnexxielna niġbru u nagħtu donazzjoni ta’ €1,500 lil Puttinu Cares."

Żiedu, "Nirringrazzjaw mill-qalb lil kull min ta l-kontribut tiegħu u għenna nbiddlu l-imħabba tagħna lejn Jack f’ġest sabiħ u sinifikanti b’risq familji oħra li għaddejjin mill-istess esperjenza diffiċli. Din għalik, Jack. Tibqa’ għal dejjem f’qalbna."

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI