Illum Hija L-Festa Tal-Halloween! Kif Se Tqattgħuh?

Illum qed niċċelebraw il-festa tal-Halloween propju fil-31 t’Ottubru. Din il-festa saret popolari ħafna f’pajjiżna minkejja li hi kontroversjali. Forsi ftit jafu li din il-festa għandha xi għeruq Kristjani u fil-fatt mhijiex festa Amerikana.

Halloween oriġina aktar minn 2,000 sena ilu bħala l-festival Ċeltiku tal-qedem ta’ Samhain, iċċelebrat miċ-Ċelti fl-Irlanda, fir-Renju Unit u fit-Tramuntana ta’ Franza. Dan kien jimmarka sempliċiment it-tmiem tal-istaġun tal-ħsad, u n-nies kienu jemmnu li dan kien ifisser li l-erwieħ mill-ħajja wara l-mewt kienu jaqsmu  għad-dinja tagħna. Meta l-immigranti Irlandiżi marru l-Amerka, ħadu magħhom it-tradizzjonijiet ta’ Halloween; hemmhekk, din il-festa żviluppat fil-forma li nafuha llum.

Fis-seklu 8, il-Papa Girgor III iddikjara l-1 ta’ Novembru bħala l-Festa tal-Qaddisin Kollha – ħafna u ħafna snin wara li oriġina l-Halloween. Għalhekk, in-nies jiżbaljaw meta jaħsbu li din il-festa ħadet post il-Festa tal-Qaddisin Kollha.

Mela, kif se tiċċelebra llum? Se tara xi film tal-biża’, jew forsi se toħroġ tiġbor il-ħelu?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI