Ġej Il-Babaw 2026: Halloween Fil-Ġnien Romeo Romano, Santa Venera

Ġej il-Babaw jirritorna fl-2026 bħala wieħed mill-aktar avvenimenti mistennija f’Santa Venera. Il-Ġnien Romeo Romano se jinbidel f’dinja ta’ misteri u sorpriżi, b’esperjenza maħsuba għat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji kollha.

Id-dħul għall-avveniment se jkun b’xejn, biex kulħadd ikun jista’ jgawdi l-attrazzjonijiet. Fit-triq maġenb il-ġnien se jkun hemm ukoll food court kbir, b’għażla ta’ ikel u xorb li tkompli tikkumplimenta l-atmosfera tal-Halloween.

Is-Sindku ta’ Santa Venera, Gianluca Falzon, qal: “Ġej il-Babaw sar wieħed mill-aktar appuntamenti annwali mistennija fil-lokalità tagħna. Nistieden lir-residenti u lil dawk kollha li se jingħaqdu magħna biex iġibu lill-familji tagħhom u jgawdu din l-esperjenza fil-Ġnien Romeo Romano. Is-sigurtà tibqa’ prijorità, u għalhekk se jkun hemm uffiċjali jidderieġu t-traffiku fl-akwati, kif ukoll parkeġġ kbir b’xejn għat-tul tal-avveniment.”

L-avveniment huwa organizzat mill-Kunsill Lokali Santa Venera u Vendriżi Ċkejknin, bil-kollaborazzjoni ta’ VisitMalta, St. Venera Scout Group, Vibe FM u diversi għaqdiet Vendriżi oħra.

Attivitajiet divertenti, konkorsi tal-kostumi u xeni misterjużi se jagħmlu parti minn din il-lejla memorabbli. Il-Kunsill Lokali jistieden lill-familji kollha biex jingħaqdu f’din iċ-ċelebrazzjoni, jilbsu l-kostumi tagħhom u jgawdu l-ispirtu tal-Halloween f’ambjent sigur u organizzat.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI