Permezz ta’ ktiba fuq il-paġna personali tiegħu fuq Facebook, Dr Frank Portelli li huwa wkoll eks Membru Parlamentari, qali li ġewwa Malta għandna bżonn ta’ sptar ieħor li jkollu l-istess kalibru bħal ta’ Mater Dei. Hu qal li dan ġie żgħir meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ Malta li dejjem qed tikber.
“L-isptar Mater Dei jipprovdi servizz mediku eċċelenti lill-popolazzjoni Maltija kif ukoll lit-turisti u lill-ħaddiema barranin. Minn meta Mater Dei infetħulu l-bibien tiegħu ħmistax il-sena ilhu, id-domanda żdietet sew. Ir-riżultat hu li Mater Dei ġie żgħir għall-bżonnijiet tagħna,” qal hu.
Hu ta wkoll ftit opinjonijiet tiegħu dwar kif għandu jsir dan l-isptar il-ġdid fejn fost l-oħrajn qal li l-isptar il-ġdid għandu jkollu l-istess apparat bħal Mater Dei biex b’hekk il-ħaddiema jkunu familjari ma’ dan kollu.
Facebook/Frank Portelli