“Nixtieq Nawgura F’Għeluq Sninhom Lil Missieri U Lil Oħti Li Qed Jiċċelebraw Din Il-Ġurnata Speċjali Flimkien” – JJoy Refalo

Id-DJ lokali JJoy Refalo kiteb messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu biex jawgura lil missieru u lil oħtu li jiċċelebraw jum għeluq sninhom fl-istess ġurnata.

Hu kitbilhom, “Nixtieq nawgura f’għeluq sninhom lil missieri u lil oħti li qed jiċċelebraw din il-ġurnata speċjali flimkien, fit-tnejn u għoxrin ta’ Frar.  F’din il-ġurnata, missieri rċieva l-aqwa rigal li missier jista’ qatt jimmaġina, tifla sabiħa. Oħti rċeviet l-isbaħ rigal li titwieled fl-aqwa familja.”

Hu ppubblika wkoll ritratt ħelu tiegħu mgħannaq ma’ missieru u oħtu flimkien.



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlhom f’din il-ġurnata speċjali. Nisperaw li kellhom ġurnata mill-isbaħ u nawgurawlhom għal sena oħra ta’ hena u saħħa.





Ritratti:

Facebook / JJoy Refalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI