Permezz ta’ messaġġ emozzjonali, Johan Mifsud jawgura lil ħabiba tal-qalb tiegħu f’jum għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Sorpriża lil ħabiba speċjali tiegħi. Persuna li kienet hemm għalija fiż-żmien il-ħażin, imma li tkun hemm dejjem biex tifraħ ħafna miegħi f’mumenti sbieħ. Qatt ma taqtali qalbi u dejjem insibek hemm għal kollox. Dejjem tismagħni meta jkolli bżonn nitkellem, u taf tifhem anke meta ma ngħidx kelma.”
Żied jgħid, “Nixtieqlek ħafna affarijiet sbieħ, Antonella Attard. Happy Birthday u grazzi ta’ kollox! Vera persuna speċjali.”
Kemm hi xi ħaġa sabiħa li jkollok ħbieb ġenwini li jirrispettawk b’dan il-mod! Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata speċjali.
Facebook / Johan Mifsud