Drama, Tensjoni, U Mħabba – Love Island Malta Ser Jirritorna Għar-Raba’ Staġun!

Love Island Malta ser jirritorna! It-tim tal-produzzjoni ta’ Media Exclusive lest biex iniedi r-raba’ staġun!

It-tim qed ifittex persuni single minn madwar Malta biex jidħlu fil-villa ta’ Love Island Malta. Għandek iċ-ċans li tittanta xortik biex issib l-imħabba u possibilment tirbaħ premju mill-aqwa.

Stennew sfidi, mumenti drammatiċi, u bombshells li kapaċi jaqilgħu daqsxejn problemi bejn il-koppj u jfixklu forsi.

S’issa għadu ma tħabbarx is-slogun li ngħata f’dan l-istaġun, però fil-post li ppubblikaw tidher Giselle Spiteri – min jaf? Forsi ħa terġa’ tippreżenta hi?

Jekk trid tkun parti minn dan il-vjaġġ, applika ISSA fuq HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI