€1,497 Għal Hospice Malta Mingħand Mrs. Malta Roxanne Fabri Flimkien Mal-Milan Ultras Club

Ir-Rebbieħa ta’ Mrs Malta ta’ din is-sena, Roxanne Fabri, kull sena tagħmel ġabra, u din is-sena ġabret somma sabiħa għal Hospice Malta.

Hi offriet b’donazzjoni ġurnata xogħol fis-salon tagħha, fejn il-paga tagħha u tal-ħaddiema tagħha marru għal Hospice Malta. Lura f’Diċembru hi għamlet anke ikla għall-klijenti, b’kollaborazzjoni mal-klabb ta’ Milan Ultras ta’ Malta.



Hospice Malta
Ritratt: Facebook/ Hospice Malta

F’isem Gaffiero Productions bit-titlu ta’ Mrs. Malta kif ukoll f’ isem Roxanne Fabri Beauty Salon flimkien mal-Milan Ultras Malta u l-Milan Club Malta ilkoll preżentaw is-somma sabiħa ta €1,497 lil Hospice Malta.



Ritratt: Tiziana Gaffiero

Minn dak l-ammont €645 ġew miġbura mingħand Mrs. Malta fil-kampanja li għamlet bħala Mrs. Malta kif ukoll bid-donazzjonijiet ta lis-staff u klijenti ta’ Roxanne Fabri Beauty Salon.



Prosit tassew!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI