Għal darb’oħra Puttinu Cares irċevew somma sabiħa ta’ donazzjoni li tawhom żewġ familji waqt avveniment li organizzaw.
Nixtiequ nesprimu l-apprezzament sinċier tagħna lill-Familji Fenech u Agius li organizzaw it-tielet edizzjoni tat-Tournament tad-Darts Carmel Blackie Fenech, li matulu nġabru €1,700 b’risq Puttinu Cares.
Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lil Kevin Aquilina li laqa’ dan l-avveniment fil-bini tal-MFCA. Grazzi mill-qalb lil dawk kollha li pparteċipaw u kkontribwew sabiex dan l-avveniment ikun suċċess u jgħin kawża tant nobbli.