Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares, ġiet ippubblikata għotja sabiħa minn Mount Carmel Hospital Sports and Culture Club. Dawn id-donazzjonijiet li qed jaslu lil Puttinu, jfissru ħafna, u qed jgħinu ħafna ħajjiet.
“Fit-8 ta’ Diċembru, il-Mount Carmel Hospital Sports and Culture Club organizza maratona ta’ 6 sigħat Snooker u Table Tennis biex jinġabru fondi għal Puttinu Cares. Kienet ġurnata sportiva mill-isbaħ, mimlija enerġija u solidarjetà, li fiha nġabret is-somma sabiħa ta’ €3,000.”
Puttinu jsemmi r-ringrazzjamenti għal kull min ikkontribwixxa fosthom l-impjegati u l-ħbieb tal-Mount Carmel, fosthom MW2, MW7, FW2 u CTC, lis-sezzjoni tad-Drivers u Securities, lill-Canteen tal-isptar, u anke liż-żewġ timijiet tat-Table Tennis u tas-Snooker.
Prosit kbira u Grazzi!