Kontinwament insibu bosta persuni li jkunu lesti jagħtu l-enerġija u l-ħin biex jiġbru donazzjonijiet għal komunitajiet speċjali bħal Puttinu Cares.
Din id-darba Puttinu jirringrazzja lil Rita Buhagiar li permezz ta’ kartolini li ħadmet, ġabret somma sabiħa għall-bżonnijiet ta’ tant pazjenti.
“Id-donazzjoni ta’ din is-sena hija dik ta’ €700. Rita Buhagiar tagħmel kartolini magħmulin bl-idejn u minn kartolini diġà użati. Minn qalbna, u f’isem Rita, nixtiequ nirringrazzjaw lil kull persuna li tat il-kontribut tagħha – kemm jekk billi xtrat kartolina jew tat kartolini użati.”
Puttinu jkompli, “Ringrazzjament speċjali jmur lil Ms Maria Caruana u lis-Sinjura Mary Grace Zarb għad-donazzjoni tar-riżorsi tagħhom. Jekk tixtiequ tordnaw xi kartolina, tistgħu tikkuntattjawha fuq 7783 6783“
Facebook/ Puttinu Cares