“Jekk Ikun Hemm Suspett Ta’ Munizzjon Mhux Splodut, Għandha Tiġi Kkuntattjata Immedjatament Il-Forzi Armati Ta’ Malta” – Armed Forces Of Malta (EFM)

Armed forces of Malta

Il-paġna Armed Forces Of Malta ħabbret kif il-Forzi Armati ta’ Malta u s-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali fformalizzaw il-kollaborazzjoni tagħhom permezz ta’ Memorandum ta’ Ftehim ġdid iffirmat nhar il-Ħamis 30 ta’ April 2026.

Ikomplu jsiru l-isforzi biex jiġi protett il-wirt kulturali taħt l-ilma u kif ukoll wirt kulturali kostali ta’ pajjiżna. Dan billi jkun hemm koordinazzjoni aħjar, monitoraġġ u tixrid ta’ informazzjoni.

“Permezz ta’ din is-sħubija, is-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali u l-Forzi Armati ta’ Malta se jaqsmu data rilevanti, sabiex in-nies ikunu jistgħu jidentifikaw u jipproteġu siti ta’ wirt kulturali waqt li jitwetqu d-dmirijiet operattivi madwar l-ibħra u l-kosta ta’ Malta.”

Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkomplu jaħdmu mill-qrib mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali biex meta jiġi identifikat wirt li qabel ma kienx irreġistrat ikun imħares kif suppost. Huma jinterverjenu anke meta tiġi osservata attività suspettuża li tista’ taffettwa dawn is-siti.

Il-kitba tkompli, “Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jirrappurtaw kwalunkwe skoperta permezz tas-sit schmalta.mt. Jekk ikun hemm suspett ta’ munizzjon mhux splodut, għandha tiġi kkuntattjata immedjatament l-Forzi Armati ta’ Malta fuq in-numru nazzjonali ta’ emerġenza 112.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI