“Servizz B’Xejn Disponibbli Għal Ċittadini Ta’ 60 Sena ‘L Fuq u Dawk Bi Blue Badge.”- Clean Malta Cleansing And Maintenance Division

bottijiet tal-landa

Clean Malta qed ikomplu jsaħħu l-ħidma tagħhom sabiex joffru servizzi aktar effiċjenti u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, filwaqt li jkomplu jippromwovu ambjent aktar nadif u sostenibbli madwar il-pajjiż.

Permezz tal-inizjattiva Door to Door Beverage Container Collection, iċ-ċittadini jistgħu jċemplu fuq in-numru 1718 biex jibbukkjaw ġbir b’xejn ta’ kontenituri tax-xorb direttament minn darhom.

Fost is-servizzi offruti, Clean Malta qed jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli fis-soċjetà, hekk kif dan is-servizz huwa disponibbli bla ħlas għal persuni ta’ ’l fuq minn 60 sena u għal blue badge holders.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI