Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ sabiħ għal persuna li taf mill-viċin u li tant taħdem biex dawk li huma fil-bżonn jirċievu l-għajnuna li għandhom bżonn – Angele Cuschieri.
Angele hi waħda mill-pilastri sodi ta’ Puttinu Cares, l-organizzazzjoni li ilha snin u snin twal tkun hemm għall-pazjenti u tagħti l-appoġġ lilhom u lill-familjari.
Maria kitbet, “Ejjew nawguraw Happy Birthday lil din il-ġmiel Angele Cuschieri ta’ Puttinu Cares. Grazzi tal-ġid li tagħmel.” Qasmet anke ritratt flimkien ma’ Angele meħud waqt il-programm Kuxjenza.
Awguri mill-qalb Angele!
Facebook/ Maria La Barokka Muscat