“Grazzi Lil Dawk Kollha Minnkom Li Bgħattuli L-Isbaħ Xewqat Għal Għeluq Snini…. Intom Għamiltuh Saħansitra Aktar Memorabbli!” – Ruth Frendo

Ruth Frendo

Bosta jawguraw l-isbaħ xewqat lill-attriċi, preżentatriċi u awtriċi Ruth Frendo li hi wiċċ magħruf sew fix-xena lokali.

Ruth kienet irreċtat fil-film Gladiator li kienu ħadu sehem fih atturi ta’ fama internazzjonali fosthom Russell Crowe. Ħadet sehem fi produzzjonijiet lokali bħal Bawxati, One Star Hotel, kif ukoll Iċ-Ċavvetta ta’ Pandora.

Ruth kienet ukoll waħda mill-imħuh wara l-ktieb Pandora li kien kiseb suċċess kbir. Magħrufa wkoll tippreżenta l-programm Popcorn fejn fih titkellem dwar numru ta’ films li jkunu qed jiddominaw ix-xena tal-ispettaklu.

Awguri mill-qalb Ruth! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI