Omm KAREI, ir-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024 titkellem dwar ir-rebħa fil-festival ta’ bintha b’kanzunetta b’dedikazzjoni lill-għażiża ommha. Claudia tikteb, “Eżatt ir-raba’ anniversarju mama’ Miriam …’Nistħajlek Hawn’ kienet għalik…u jien ċerta li kont hawn magħha llejla!”
Hi żżid, “Ċerta li dan il-jum ta’ diqa int irnexxielek iddawwru f’ċelebrazzjoni kif dejjem kont kapaċi tagħmel…u ċerta li Karei ħassitha t-tgħanniqa tiegħek hi u tkanta! Nittama li ħafna nies iħossu dan il-wens meta jitilfu lil xi ħadd qribhom daqshekk speċjali! KAREI rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2024!”
Claudia tkompli, “Kburin ferm bik sabiħa…ma kenitx sena faċli iżda int bqajt taqdef, ħdimt u emmint! Brava! Prosit lit-tim kollu! Mark Spiteri Lucas tal-kompożizzjoni tassew brillanti u emottiva. Paul Ellul tal-kitba espressiva u profonda. Grazzi mill-qalb tal-ħidma impekkabbli lit-tim kollu mill-organizzazjoni, lill-ġurija, lill-crew, lit-tekniċi.”
Hi ttemm tgħid, “Grazzi grazzi lil kull min kien fis-sala u lil kulħadd għas-sapport ġenwin! Din għalikom kollha.”