Fl-aħħar 24 siegħa, mara ta’ 89 sena u raġel ta’ 77 sena jitilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. Dawn it-tnejn kienu qedgħin jiġu rikoverati l-isptar Mater Dei u f’Good Samaritan. Illum minn 2,571 test tal-iswab li saru, instabu 119 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li 211 fiequ, b’hekk il-każijiet attivi naqsu għal 2,646 każ. S’issa madwar 17,767 vaċċin ġie mqassam sal-bieraħ.
Żewġ Persuni Oħra Jitilfu Ħajjithom! Il-Każi Attivi Jonqsu!