"F’6 Snin Ħajti Nbidlet. Sibt Lilek Fl-Aktar Mumenti Diffiċli U Għintni Mill-Ewwel" – Bjorn Lil Maria

L-imħabba bejn Bjorn u Maria tassew imħabba vera u speċjali. Irnexxielha ssalva kontra sfidi kbar iżda Maria baqgħet biswit Bjorn fit-tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa. Il-prospetti qatt ma kienu pożittivi iżda ma qatgħu qalbhom qatt.





Hekk kif ninsabu viċin il-jum tal-imħabba, jum San Valentinu, Bjorn ħalla messaġġ lil Maria. Hu kitbilha, “F’6 snin ħajti nbidlet. Sibt lilek fl-aktar mumenti diffiċli u għintni mill-ewwel. Naf kemm tħobbni, bik biss jien irnexxieli nasal s’hawn. Flimkien issa ser inlestu wkoll it-tieni dar. Grazzi ta’ kull ma tagħmel miegħi. Inħobbok! Awguri lilek u l-maħbubin kollha!”

Hu qasam ukoll in-numri sabiex dawk li jixtiequ jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom jistgħu jagħmlu dan. Ejja nkomplu ngħinu lil Bjorn jgħin. Wieħed jista’ jara l-filmat li qasam Bjorn HAWN.

Facebook / Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI