Aġġornat: F'San Ġwann Mhux Qed Jirċievu Posta Bħalissa – X'Ġara Eżatt?

Numru ta’ residenti minn San Ġwann għamlu kuntatt magħna ta’ Gwida.mt biex jgħidulna li ilhom jiem sħaħ ma jirċievu posta. Ovvjament kien hemm min ilmenta magħna li qed jistenna korrispondenza importanti u dan il-fatt ħassibhom ftit.





Ritratt: Facebook / MaltaPost

Residenta partikolari qaltilna li ċemplet lil posta u qalulha li bħalissa mhux qed isir tqassim fuq San Ġwann minħabba l-Covid-19. Jidher li kien hemm xi każ ta’ Covid-19 u l-pustiera spiċċaw fi kwarantina. Barra minn hekk, is-saħħa tal-klijent tiġi l-ewwel u qabel kollox u ma xtaqux li jkun hemm riskju għal dawk li joqogħdu San Ġwann.

Jiġifieri jekk int resident San Ġwann jew taf lil xi ħadd li joqgħod f’din il-lokalità, tajjeb li tinfurmawh x’inhi r-raġuni wara l-fatt li mhux jirċieivi posta bħalissa.

Aġġornament: F’kuntatt li għamlet magħna rappreżentattriċi mill-MaltaPOst qaltilna, “Bħalissa hemm xi mpjegati fi kwarantina u allura għandna xi diffikultajiet biex titqassam il-posta kollha li tinħareġ mill-hub ta’ San Ġwann. Is-sitwazzjoni ser tibda tiġi għan-normal minn nhar il-Ġimgħa li ġej.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI