“Faċli Ħafna Niġġudikaw Mara Li Tagħżel Abort … Imma Kemm Hawn Irġiel Li Jagħmlu T-Tfal U Jitilqu U Jħallu Lill-Mara Ġġorr Il-Piż Kollu Waħedha?” – Althea Galea

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Althea Galea għaddiet messaġġ fuq suġġett kompletament differenti fejn tkellmet dwar l-abort.

Qalet, “Personalment, ma naqbilx mal-abort meta jkun hemm ħajja umana li qed tiżviluppa, u nsibha diffiċli ħafna naċċetta t-tmiem intenzjonat ta’ dik il-ħajja. Imma jekk se nitkellmu fuq “ħajja innoċenti”, ejja nkunu konsistenti. Ħaruf, tiġieġa jew annimal ieħor maqtul mhux innoċenti wkoll?”

Żiedet, “U ħaġa oħra: meta se nibdew inżommu lill-irġiel responsabbli wkoll? Faċli ħafna niġġudikaw mara li tagħżel abort. Imma kemm hawn irġiel li jagħmlu t-tfal u jitilqu, u jħallu lill-mara ġġorr il-piż kollu waħedha? Jekk irridu nkunu “pro-life”, ejja nkunu hekk anke wara li titwieled it-tarbija. Għax tifel li diġà twieled, jara, jifhem u jħoss l-abbandun ukoll.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI