“L-Erbgħa 30 Ta’ Settembru Ftit Imsaħħab Li Jissaħħab Ħafna Kultant Bil-Possibbiltà Ta’ Xi Xita” – Aġġornament Tat-Temp

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu t-temp previst għall-jiem li ġejjin.

Qalu “Temp aġġornat għal din il-ġimgħa li ġejja, ġimgħa li fiha jirritornaw lura l-iskola kemm l-għalliema kif ukoll l-istudenti ... Awguri għas-sena skolastika 2026 - 2027.

Intant dan huwa t-temp previst għal din il-ġimgħa li ġejja:

It-Tnejn 28 ta' Settembru biċċa ‘l kbira imsaħħab u b'riħ Grigal forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 20°C.

It-Tlieta 29 ta' Settembru xemxi b'riħ ħafif forza 3 grigal. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 20°C.

L-Erbgħa 30 ta' Settembru ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant bil-possibbiltà ta’ xi xita u b'riħ forza 3 Grigal. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C u l-inqas 20°C.

Il-Ħamis 1 ta' Ottubru xemxi li jsir imsaħħab u bil-possibbiltà ta’ xi xita u b'riħ ħafif forza 3 għal 2 grigal varju. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C u l-inqas 19°C.

Il-Ġimgħa 2 ta' Ottubru ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u b'riħ forza 3 Majjistral. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 19°C.

Is-Sibt ftit imsaħħab bil-possibbiltà ta’ xi xita wara nofsinhar. Riħ lbiċ li jdur xlokk forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 26°C u l-inqas 19°C.

Il-Ħadd imsaħħab bil-possibbiltà ta' xita. Riħ xlokk forza 3. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C u l-inqas 19°C.

Xita mill-ewwel ta’ Settembru medja xita 75.4mm. Però naħa t’isfel ta’ Malta waħdu għandu medja ta' 114.6mm ta' xita. Għawdex 70.7mm ta' xita.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI