Illum jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Ivan De Battista li żgur li hu wiċċ familjari ma' dawk li jsegwu d-drama lokali. Hu u martu Simone mhux l-ewwel darba li rajniehom f'xi produzzjoni flimkien, kemm produzzjoni teatrali u anke produzzjonijiet televiżivi.
Simone kitbet messaġġ mill-qalb għal Ivan fejn tesprimi kemm ifisser għaliha u għall-familja kollha.
"Illum għeluq sninek Ivan u f'dan il-jum tant speċjali għalik, nixtieq ngħidlek kemm int speċjali għalija u għal uliedna. Tagħmel minn kollox biex tarana kuntenti u dejjem lest li tgħin lill-proxxmu tiegħek. Awguri mill-qalb u nħobbuk ħafna."
Qasmet diversi ritratti mill-isbaħ għall-okkażjoni. Awguri mill-qalb Ivan!
Facebook/ Ivan De Battista