“Wara t-20:15 Hemm Possibbiltà Għolja Ta’ Xi Xita… Hi Indikata Bħala Xita Ħafifa Sa Moderata Speċjalment Tul Dan Il-Lejl.” – Aġġornament Tat-Temp

xita

Skont Aġġornament tat-Temp, hemm possibbiltà għolja ta’ xita fuq il-Gżejjer Maltin wara t-20.15pm. Il-paġna spjegat li din hija l-indikazzjoni li qed jagħtu żewġ mudelli tat-temp, filwaqt li aktar xita hija mistennija matul il-lejl li ġej u anke għada.

Madankollu, ġie ċċarat li m’hemmx maltemp estrem mistenni jolqot lill-Gżejjer Maltin, kif kien indikat aktar kmieni, iżda l-previżjoni tindika xita ħafifa sa moderata, speċjalment matul il-lejl. Għawdex mistenni jirċievi inqas xita, b’probabbiltà aktar baxxa sa madwar id-21:00.

"Wara t-20.15 hemm possibbiltà għolja ta ' xi xita… Ebda Maltemp estrem kif ġà mogħti aktar kmieni ma hu ser imiss il-gżejjer Maltin. Hi indikata bħala xita ħafifa sa moderata speċjalment tul dan il- lejl."

Skont l-istess aġġornament, fil-Mediterran ma ffurmax ċiklun, iżda sistema ta’ arja kiesħa ħolqot instabbiltà fuq it-Tuneżija li estendiet sa Sqallija.

Parti mis-sistema ta’ maltemp inqasmet fi tnejn, b’waħda tinsab fuq Sqallija u oħra bejn Malta u l-Libja. Għall-ħabta tat-20.15 huwa mistenni li jifforma xi sħab fil-Lvant tal-Gżejjer Maltin, li jista’ jġib miegħu xita aktar tard.

Il-probabbiltà ta’ xita bejn id-20.45 u l-23:00 hija stmata għal 60 fil-mija.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI