F'okkażjoni speċjali bħal għeluq il-40 sena, Mariella Cassar Zahra għażlet li tibdel iċ-ċelebrazzjoni personali tagħha f'azzjoni konkreta ta' karità. Waqt il-festa li organizzat mal-ħbieb u l-għeżież tagħha, hija rnexxielha tiġbor is-somma sabiħa ta’ €1,000 b’donazzjoni u b’risq l-organizzazzjoni Puttinu Cares.
Rappreżentanti tal-għaqda esprimew ir-ringrazzjament tagħhom mill-qalb lil Mariella u lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom, billi sostnaw li ġesti bħal dawn jagħmlu differenza reali fil-ħajja ta' persuni li jinsabu f'mumenti vulnerabbli. Lil hinn mit-awguriji tradizzjonali ta’ għeluq sninha, il-festa ta' Mariella serviet bħala mudell ta’ kif persuna tista' tiċċelebra jum speċjali billi toffri sostenn u tama lil min għandu bżonn.
Inizjattivi bħal dawn ikomplu jsaħħu l-ispirtu ta’ solidarjetà soċjali, filwaqt li jfakkruna li kull kontribut żgħir jista' jgħin biex l-ixtaqat u l-bżonnijiet ta' bosta familji jsiru realtà.
Proset u Awguri Mill-Qalb Mariella!
Facebook/Puttinu Cares