Ġest Ta’ Qalb Tajba Miċ-Ckejkna Ellie ta’ 6 Snin Li Ddeċidiet Tagħti Parti Minn Xagħarha Bħala Donazzjoni Lill-Istrina Għal Min Hu Fil-Bżonn

L-innoċenza u l-ġenerożità tat-tfal spiss iħallu impatt profond fuq il-qalb tan-nies, u dan kien il-każ meta l-paġna uffiċjali ta’ L-Istrina qasmet l-istorja kommoventi tal-iċken donatriċi Ellie. L-att ta’ karità li wettqet Ellie, li għandha biss sitt snin, imiss il-qalb ta' kull min jarah hekk kif qatgħet xagħarha sabiex tagħtiha donazzjoni lil xi ħadd li jinsab f’bżonn kbir.

Qabel ma sellmet xagħarha s-sabħa, Ellie għamlet xi ħaġa verament speċjali meta tat lil xagħarha l-aħħar tgħannqa mimlija mħabba u sensittività. Dan il-ġest żgħir iżda qawwi juri kemm din it-tifla żgħira ppossediet kompassjoni u tjubija kbira fil-mument li kienet qed tagħmel dan is-sagrifiċċju żgħir bil-għan li ġġib tbissima fuq wiċċ persuna oħra.

L-Istrina pubblikament rringrazzjaw lil Ellie minn qalbhom għal dan il-ġest mill-isbaħ, filwaqt li sostnew li attivitajiet ta' ġenerożita' bħal dawn jgħinu biex ixerrdu t-tama u l-ferħ fost dawk kollha li jinsabu f'mumenti diffiċli f'ħajjithom.

Proset Ellie!

Ritratti:

Facebook/L-Istrina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI