Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Glenn Bedingfield qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ dwar ċirku ta’ kriminali li ġie maqbud riċentament.
Hu qal, “Qbadnihom. Fi ftit jiem il-Pulizija irnexxilhom ikissru ċirku ta' kriminali li allegatament kienu qed jisirqu lin-nies (pickpocketing) mill-Belt Valletta. Erba' persuni, Rumeni, kienu arrestati f'operazzjoni bejn il-Pulizija tal-Belt u mit-Taqsima tal-Investigazzjoni Kriminali.”
Żied, “L-ewwel rapporti ta' din l-attivita kriminali daħlu it-Tnejn, l-investigazzjoni bdiet immedjatament u sal-Ħamis kienu identifikati u arrestati. Grazzi.”
Glenn Bedingfield