Kif bosta jafu, l-iskart goff jinġabar b’xejn mill-kunsilli lokali, u verament ma teżisti l-ebda skuża biex wieħed iħammeġ l-ambjent minflok juża dan is-servizz. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żebbuġ qasmu fuq il-mezzi soċjali ritratti meħudin f’Wied Qirda, fejn juru skart goff mormi fejn appellaw ukoll għall-indafa publika.
Qalu, “Ritratti tal-iskart goff li ġie mtella' minn qiegħ Wied Qirda. Grazzi ħafna lill-ħaddiema tal-Kunsill, u anke b'mod partikolari lill-C&V Aquilina għall-ħidma bil-krejn sabiex dan l-operazzjoni ikun possibli.Nappellaw għall-indafa pubblika. L-iskart goff jinġabar mill-kunsill b'xejn. M'hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex inniġġsu l-widien tagħna.”
Kunsill Lokali Ħaż-Żebbuġ