“Ma Nittollerrax L-Użu Ta’ Lingwaġġ Dizpreġġattiv Fuq Il-Mezzi Tax-Xandir” – Il-Ministru Malcom Paul Agius Galea

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, l-Ministru Paul Agius Galea qasam messaġġ dwar każ li ġara riċenti fuq l-istazzjon nazzjonali fejn qal li mhux ser jittollera użu ta’ lingwaġġ dizpreġġattiv fuq il-mezzi tax-xandir.

Hu qal, “Filwaqt li nirrispetta dejjem il-libertà tal-espressjoni, ma nittollerrax l-użu ta' lingwaġġ dizpreġġattiv fuq il-mezzi tax-xandir, partikolarment ix-xandir nazzjonali li jaqa’ taħt ir-responsabbilita’ politika tiegħi. Iktar u iktar jekk dan isir sabiex iweġġa jew joffendi lil xi ħadd jew xi sentiment tiegħu. Hu min hu.”

Żied, “Għalhekk tlabt lit-tmexxija ta' PBS sabiex tirreferi l-każ li sehh ilbieraħ ghal attenzjoni tal-bord editorjali tal-PBS sabiex fil-professjonalita’ u diskrezzjoni tiegħu jara li episodji bħal dawn ma jerġgħux iseħħu.”

Ritratt:

Malcom Paul Agius Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI