“Fi Żmien Meta Malta Qed Tipprepara Biex Toqtol Il-Ħamiem, Nieħdu Mument Biex Niftakru Min Huma Dawn L-Annimali…” – Animal Liberation Malta

Bħalissa hawn rabja kbira hekk kif ittieħdet id-deċiżjoni krudili li jinqattlu diversi ħamiem minkejja li metodu ta’ sterilazzazzjoni kien effettiv. Il-paġna tal-Facebook Animal Liberation Malta tkellmet dwar storja tal-Ewwel Gwerra Dinjija fejn ħamiema salvat il-ħajja ta’ kważi 200 suldat.

“Fi żmien meta Malta qed tipprepara biex toqtol il-ħamiem, nieħdu mument biex niftakru min huma dawn l-annimali,” huma kitbu.

“Cher Ami kien ħamiema vjaġġatur matul l-Ewwel Gwerra Dinjija li tar minn ġo tiri ta’ arma tan-nar biex iwassal messaġġ li salva 194 suldat. Huwa ġie milqut f’sidru, tilef sieq, u xorta waħda wasal bil-messaġġ.”

“Huwa kien ġie onorat għall-intelliġenza, ir-reżiljenza u l-kuraġġ tiegħu.”

“Il-ħamiem għandhom kapaċitajiet kbar ta’ navigazzjoni kumplessa, memorja u soluzzjoni ta’ problemi. Irridu nsibu modi kif ngħixu flimkien ma’ sħabna l-annimali. Il-qtil bla bżonn qatt m’għandu jkun għażla.”







Ritratti:

Facebook / Animal Liberation Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI