Film Malti B’Ħames Nominazzjonijiet F’Los Angelis – Il-Malti Henry Zammit Cordina Huwa Attur Ewlieni

Henry Zammit Cordina

Imwieled fis-Serbja iżda residenti Malta għal aktar minn għaxar snin, Aleksa Ristović bena identità artistika unika li ġiet iffurmata fuq il-gżejjer Maltin.

Illum, bħala ċittadin Malti, huwa spiss jiddeskrivi lilu nnifsu bħala “filmmaker imwieled fis-Serbja u maħluq f’Malta” – li juri kemm l-għeruq tiegħu kif ukoll il-pajjiż fejn kien beda l-vjaġġ ċinematiku tiegħu.

Ta wkoll il-kontribut tiegħu għal produzzjonijiet marbuta mat-televiżjoni nazzjonali Maltija. Permezz ta’ ħames films qosra indipendenti, Aleksa kiseb aktar minn 80 premju u rikonoxximent f’festivals madwar id-dinja.

Fil-produzzjonijiet tiegħu, il-pajsaġġ Malti għandu preżenza partikolarment importanti.

Ħadem fuq l-ewwel feature film tiegħu, Illusion of Faith. Il-film jgħaqqad atturi u membri tal-produzzjoni Maltin u internazzjonali bbażati Malta, f’produzzjoni tassew multikulturali.

Illusion of Faith huwa mistenni jkollu l-premiere tiegħu f’Los Angeles waqt il-Hard Faith Film Festival fil-25 ta’ Ġunju 2026.

L-aqwa biċċa hi li dan il-film irċieva ħames nominazzjonijiet f’Los Angelis – Best Feature Film, Best International Film, Best Writer, Best Director, u Best Producer.

Waqt li l-attur lokali Henry Zammit Cordina huwa attur ewlieni fil-produzzjoni, hemm anke Maltin bravissimi oħra fil-kast fosthom Frida Cauchi, Mikhail Basmadjian, Jaimie Busuttil, Josette Ciappara, Paul Sant, Clara Sciberras, Francesco Borg, Jeremy Vella, u Jessica Jane Cassar.







Ritratti:

Facebook/ Henry Zammit Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI