Glenn Vella Jaddotta L-Kelb Wiġi U Jaqsam L-Istorja Emozzjonanti Tiegħu

Il-kelb Wiġi, li kien instab abbandunat u fi stat ħażin, illum jista’ jgħid li finalment sab ħafna imħabba ma’ Glenn Vella u l-familja tiegħu.

Permezz ta’ messaġġ emozzjonanti li ttella’ minn Glenn stess, inxterdet “ittra” f’isem Wiġi fejn il-kelb jirrakkonta kif kien tħalla waħdu f’kaxxa fit-triq u għadda madwar erba’ snin ta’ negliġenza. Minkejja l-passat diffiċli tiegħu, Wiġi jgħid li għażel li jħalli l-uġigħ warajh biex illum ikun jista’ jibda kapitlu ġdid mimli sigurtà, kura u mħabba kontinwa.

Bl-għajnuna ta’ Gozo Animal Welfare, il-familja ta’ Glenn u ta’ dawk kollha li xerrdu l-istorja tiegħu, Wiġi rnexxielu jsib mhux biss dar, iżda familja li laqgħetu b’idejha miftuħa. Issa għandu wkoll żewġ “aħwa” oħra biex ikun jista’ jilgħab magħhom.

Fil-messaġġ tiegħu, Glenn uża wkoll l-istorja ta’ Wiġi biex iqajjem aktar għarfien dwar l-importanza tal-adozzjoni tal-annimali, b’appell ċar: “Addotta, mhux tixtri!”







Ritratti:

Fb/ Glenn Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI