Christa Cilia tat aġġornament dwar Ċikku, kelb li kien qed ifittex dar dejjiema wara li sadu sfortunatament marad.
“Cikku dejjem kellu post speċjali f’qalbi,” hi kitbet. “Salvajtu bħala ġeru, u meta sidu dan l-aħħar marad serjament, kont naf li kelli naġixxi.”
“Hu qatta’ 4 ġimgħat f’kennel privat waqt li jien fittixt id-dar dejjiema, fejn tant ħadu ħsiebu. Illum, tant jient kuntenta li naqsam magħkom li Cikku sab il-familja tiegħu għal dejjem!”
“Diġà qed jissetilja, b’oħt umana żgħira ġdida fejn se jsib l-imħabba kollha li qatt jista’ jkollu bżonn. Grazzi kbira lill-familja l-ġdida tiegħu talli fetħu qalbhom u d-dar għalih u nawguralkom ħajja mill-isbaħ flimkien.”
Facebook/Christa Cilia