“Qalbi Tinqasam Meta Naħseb Li Binna Se Jkollu Jkompli Ħajtu Mingħajrek.” – Melania Spiteri U Oħrajn Jesprimu N-Niket Tagħhom

Il-mewt ta’ Jonatan Mamo ħalliet vojt kbir fost il-familjari u l-għeżież tiegħu, li qed isellmu l-memorja tiegħu b’messaġġi mimlija mħabba u niket. Fost tant persuni li kitbulu messaġġ hawn taħt insibu ta' xi wħud minnhom.

Sandro Mamo qal, li waslet il-ġurnata li tant kien qed jibża’ minnha u li Jonatan ħalliehom “kmieni wisq”. Huwa saħaq, li issa spiċċat it-tbatija tiegħu u li ħalla vojt kbir fil-familja, filwaqt li temm il-messaġġ tiegħu b’tislima ta’ mħabba u tama li xi darba jerġgħu jiltaqgħu.

Melania Spiteri wkoll qasmet messaġġ emozzjonanti. Hija qalet, li minkejja li l-ħajja ħadithom f'toroq differenti, Jonatan dejjem se jibqa’ jkollu post speċjali f’ħajjitha bħala missier binhom. Hija esprimiet, id-dwejjaq tagħha għall-fatt li binhom se jkollu jgħix mingħajru u wegħdet li se tiżgura li jibqa’ jaf min kien missieru u jiftakar fih.

Charlene wkoll sellmet lil Jonatan, u qalet li għadha ma tistax temmen li telaq. Fakkret fil-mumenti ta’ daħk u dmugħ li qasmu flimkien u fl-imħabba li taha, filwaqt li qalet li se tibqa’ ġġorru f’qalbha sakemm tgħix. Hija talbet lil Jonatan biex minn fejn jinsab iżomm idejh fuq uliedha, b’mod speċjali fuq ibnu Luca, li tant kien iħobb, kif ukoll fuq il-familja tiegħu.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt nixtiequ l-kondoljanzi lill-familja kollha!

Ritratti:

Facebook/Melania Spiteri u Charlene Jaycee

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI