Għaddew tliet snin minn meta telefonata kerha bidlet għal dejjem il-ħajja tal-familja ta’ Ayrton Ellul, żagħżugħ li tilef ħajtu fl-età ta’ 17-il sena.
F’dan l-anniversarju ta’ niket, Joanne Barbara, fakkret lil Ayrton b’messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni, hekk kif qalet: "Tlett snin ilu minn dik it-telefonata kerha u li qatt ma kont qed nistenna li nisma'". Hi sellmet il-memorja ta’ Ayrton u kitbet: “Kompli strieħ fis-sliem għażiż Ayrton u żomm ħarstek fuq familtek.”
Tliet snin wara t-telfa tiegħu, il-memorja taż-żagħżugħ għadha tgħix fost dawk kollha li kienu jafuh u jħobbuh. Għall-familja tiegħu, in-nuqqas tiegħu jibqa’ jinħass kuljum, iżda flimkien mal-uġigħ tibqa’ wkoll l-imħabba u t-tifkira ta’ dawk is-snin li kellhom miegħu.
F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja ta' Ayrton u nitolbuh iħares lil dawk għeżież għalih minn fejn jinsab.
Facebook/Joanne Barbara