Eżattament 36 siegħa wara li beda x-xahar t’April, il-medja ta’ xita li s-soltu tolqot lill-gżejjer Maltin matul dan ix-xahar kienet diġà ntlaħqet.
Dan hekk kif l-ewwel jumejn t’April ġabu magħhom bosta ħalbiet tax-xita. Dan it-temp xitwi qed iħalli lil bosta mħassba li l-purċissjonijiet li s-soltu jsiru f’dawn il-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa jistgħu jiġu mxekkla.
F’dan l-isfond, is-sit Maltese Islands Weather spjega kif filwaqt li għal Ħadd il-Għid it-temp mistenni jkun ferm aktar promettenti, min-naħa ‘l oħra, għall-Ġimgħa l-Kbira għadha teżisti l-possibbiltà li l-gżejjer Maltin jerġgħu intlaqtu mill-eqqel tat-temp xitwi.
Facebook / Maltese Islands Weather u Pexels