“Forsi Naqsuli Xi Ftit L-Affarijiet Materjali Li Mhux Daqshekk Essenzjali… Però Kemm Żdiduli Affarijiet! Żdiedet Is-Saħħa Fiżika” – Claudine Mifsud

Claudine Mifsud, li kellha l-paġna, Claudine’s Home Cooking, ittella’ dan il-ħsieb mill-pjattaforma soċjali tagħha.

Tgħid, “Forsi naqsuli xi ftit l-affarijiet materjali li mhux daqshekk essenzjali. Ovvjament inqas dħul ekonomiku jfisser ukoll xi ftit issikkar ta’ ċinturin.

Però kemm żdiduli affarijiet! Żdiedet is-saħħa fiżika. Sirt nimxi mixi ma ngħajja qatt, fejn qabel kif kont naqbad it-telgħa tad-dar kont irrid nieqaf għax naqta nifsi. Kull qadja bil-ġirja u bil-karozza, fejn kont nakkumula ħafna nervi u stress li kienu jbatuh dawk ta’ madwari.. filwaqt li issa qadi sa żewġ irħula l-bogħod nagħmlu bil-pass u insib ħin naprezza dak li għandha x’toffri in-natura skond l-istaġun li nkunu fih. L-hena tiegħi ngħaddi minn sqaqien u naprezza l-ġmiel ta’ arkitettura tal-passat.. dawk il-gallariji, bibien u pjanti ikkurati mir-rezidenti li tant isebbħu u jikuluraw il-madwar. Tħossok qisek dħalt ġewwa inkwatru sabiħ, jew xi xena mill-passat. Ta’ spiss jarawni nitbissem jiena u miexja.. nibda niftakar u nivvizwalizza xi xena minn li kienet tirrakkontali l-għażiża Nannti u li tant kont nisma b’attenzjoni u seħer meta kont tifla.”

Tkompli, “Żdied ukoll il-ħin għal familja.. il-ħin għall-irqad u l-ħin għall-passatempi. Tghiduli, ma timmisjahx dak it-tisjir u l-kreattività li kellek? Onestament, nista ngħid li le, għax ghadni nkun kreattiva, ghadni nistudja u nirricerka, iżda mingħajr irbit, bil-pass tiegħi u għal pjaċir mhux ghad-dover… u fejn jidħol tisjir, meta jkollok iben li jħobb jiekol kważi daqs kemm iħobb il-ballun (u min jafu jaf li l-ballun tal-futbol huwa l-akbar passjoni tiegħu) il-kreattività fil-kċina ma tista tiġi nieqsa qatt.

Għal min ghadu jistaqsini għandhiex ħsieb nerġa nibda, għalkemm fil-hajja qatt tgħid qatt, aktar ma jgħaddi żmien, aktar qed naraha diffiċli.”

Kompli aqra hawn taħt:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI