Il-fotografu Malti Dwardu rnexxielu jiġbed ritratt impressjonanti ta’ sajjetta eżattament malli ħabtet fuq Filfla.
Ir-ritratt ittella’ fuq il-midja soċjali mill-paġna Maltese Islands Weather hekk kif kienu qed jagħtu iżjed dettalji dwar it-temp li ħakem lil pajjiżna fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru.
Jidher li r-ritratt ittieħed matul dawn l-aħħar tlett ijiem hekk kif pajjiżna ntlaqat minn diversi ħalbiet tax-xita bir-ragħad.
Prosit tassew!
Facebook / Maltese Islands Weather (minn Facebook / Dwardu Photography)