Ftit tal-ħin ilu, Frankie Grande li jiġi ħu l-kantanta tant popolari Ariana Grande, qasam filmat tiegħu fuq Instagram ikranta mal-kanzunetta Serving Kant ta’ Miriana Conte. Fi ftit jiem, kemm Frankie kif ukoll Miriana Conte se jkunu qed ikantaw fuq l-istess palk fil-London Pride 2025.
View this post on Instagram
Frankie Grande huwa artist li m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Kiseb popolarita kbira wara li deher fuq Big Brother tal-Istati Uniti, iżda bosta jafuh hekk kif oħtu hija fost l-aktar persuni popolari fid-dinja.
Frankie huwa wkoll kantant fejn riċentament nieda album. Fuq Instagram, hu qal li Serving Kant għandha l-aqwa lirika li qatt semgħa!
View this post on Instagram
Instagram/frankiejgrande