F’Settembru L-Aktar Li Għamlet Xita Kien Ħaż-Żebbuġ U L-Inqas Li Għamlet Kien L-Għarb

Il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp, It-Temp Madwarana, taw statistika dwar kemm għamlet xita fix-xahar tas-Settembru.

Skont il-paġna, il-medja ta’ xita li għamlet kienet ta’ 80.6mm u b’kollox kien hemm 13-il jum ta’ xita. Il-paġna qalet ukoll li l-aktar li għamlet xita kif propju f’Ħaż-Żebbuġ, b’total ta’ 124.7mm. Għalkemm Għawdex hi magħrufa li jkollha ħafna xita, din is-sena mhux il-każ. Fil-fatt l-inqas li għamlet xita kien fl-Għarb b’total ta’ 39.4mm, kważi kwart ta’ dak li għamlet f’Ħaż-Żebbuġ.

Tgħid kif se jkun ix-xahar t’Ottubru?

Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI