“Il-Faċċata Tas-Servizz Nazzjonali Tat-Trasfużjoni Tad-Demm Mixgħula Roża Biex Tqajjem Kuxjenza Dwar Il-Kanċer Tas-Sider” – Blood Donation Malta – NBTS

Ottubru huwa x-xahar iddedikat biex titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm għamlu d-dwal roża mal-faċċata biex ikunu parti minn din il-kampanja t’għarfien.

Huma tkellmu dwar dan fuq il-Facebook tagħhom. “Il-faċċata tas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm mixgħula roża biex tqajjem kuxjenza dwar il-Kanċer tas-Sider matul ix-xahar ta’ Ottubru,” huma kitbu.

Żiedu jgħidu dwar it-tema ta’ din is-sena, “It-tema ta’ din is-sena ‘Kull storja hija unika, kull vjaġġ huwa importanti,’ kif enfasizzat mill-inizjattivi globali tas-saħħa bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

Ritratti:

Facebook / Blood Donation Malta – NBTS

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI