“Fuq Parir Ta’ Esperti Mediċi Llum Se Nidħol L-Isptar Mater Dei Għal Intervent F’Idi” – Il-Ministru Julia Farrugia

Il-Ministru Julia Farrugia fuq il-mezzi soċjali tagħha kitbet, “Fuq parir ta’ esperti mediċi llum se nidħol l-isptar Mater Dei għal intervent f’idi sabiex jiġi ndirizzat intopp li tfaċċa f’dawn l-aħħar xhur. Ingħatajt parir li jkun aħjar li jsir l-intervent biex ikunu evitati kumplikazzjonijiet aktar ‘l quddiem.”

Hi żiedet, “It-tobba qaluli li jekk kollox imur sew se jkun hemm bżonn madwar ġimgħatejn irkupru. Nippruvaw, imma din hi l-aktar parti li diffiċli nobdi. Il-ħidma se tkompli mingħajr waqfien mis-Segretarjat u mill-helpers tiegħi. Dan minbarra li ħadt ħsieb li qabel l-intervent, tellajna numru ta’ xogħol minn qabel u li se nkunu qed naqsmu magħkom fil-jiem li gejjin.”

Hi ttemm il-messaġġ tagħha bil-kliem, “Napprezza s-sostenn u l-imħabba li dejjem tagħtuni.”







Ritratti:

Facebook / Julia Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI