“F’Xahar Kelli Nitlef Lil Ommi U N-Nanna Li Kienet Qisha T-Tieni Omm Tiegħi.” – Yana Borg Debono Grech

Il-kunsilliera ta’ Birkirkara Yana Borg Debono Grech, ħabbret it-telfa tal-għażiża nannitha. Telfa għażiża mmens u forsi tinħass kemxejn aktar għax ftit jiem ilu, Yana tilfet ukoll lill-għażiża ommha. Fuq il-mezzi soċjali hi kitbet, “Min kellu jgħidli li f’xahar kelli nitlef lil ommi u n-nanna li kienet qisha t-tieni omm tiegħi?”



Yana tkompli, “Dejjem lesta b’xi ħaġa tal-ikel id-dar kull meta niġu għandek, u għal dan ħadd ma kien jirbaħlek: torti, qassatat, figolli, prinjolata, lemon meringue, kapunata u elf ħaġa oħra. Imbagħad Gianni. L-għeżeż ħaġa li kellek. Kemm kont tħobbu. Kont tgħidilna kollha ‘inħobbkom’, imma lil Gianni ftit iktar. Kont titkellem miegħu anke fuq suġġetti li lanqas tifhem fihom, bħall-football, l-aqwa li tarah ferħan, nadif u b’żaqqu mimlija.”



Hi ttemm tgħid, “Inħobbuk, Nann! Ċert li n-Nannu Twanny preparalek storbju sħiħ hemm fuq.” F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja kollha. Nittamaw li jsibu s-sabar li tant għandhom bżonn f’dan iż-żmien, żmien li hu kemxejn aktar diffiċli iżda ċertament li bis-sapport ta’ xulxin jgħaddu minn dan iż-żmien ta’ dieqa.



Ritratti:

Facebook / Yana Borg Debono Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI