Trid tistenna inqas biex tara tabib? Issa tista’ tagħmel dan billi tagħżel liema ċentru tas-saħħa se tmur.
Il-Kura tas-Saħħa Primarja tipprovdi l-ħinijiet ta’ stennija madwar iċ-Ċentri tas-Saħħa kollha f’Malta u Għawdex. Bis-saħħa t’hekk tista’ tkun taf kemm trid tistenna biex tinqeda.
“Issa tista’ tiċċekkja kemm hu l-ħin ta’ stennija f’kull Ċentru qabel ma tmur. Żur is-sit tagħna – https://primaryhealthcare.gov.mt – għażel il-lingwa li tippreferi, Malti jew Ingliz, u mur ‘Links ta Użu’, u għażel ‘Ħinijet ta‘ Stennija Stmati għall-kliniċi walk-in tat-tabib tal-familja fiċ-Ċentri tal-Kura tas-Saħħa Primarja’.”
Il-proċess huwa wieħed sempliċi, mgħaġġel u ser tiffranka l-ħin permezz tiegħu.
Iċċekkja HAWN il-ħinijiet ta’ stennija.
Facebook/ Primary HealthCare Malta