Hekk kif qed joqrob il-kunċert b’risq DAR Bjorn, Leġġendarju, Bjorn qasam messaġġ biex juri l-apprezzament lejn waħda mill-kantanti li ser tagħti l-kontribut tagħha – Ira Losco.
“Għadda 7 snin minn dar-ritratt… Jien ma kelli xejn imqabbad m’għonqi! Ira baqgħet l-istess, umli u dejjem lesta biex tgħin. Ftit ġranet oħra, Ira Losco flimkien ma 25 kantant, ser jagħmlu kunċert kbir ġewwa Valletta Waterfront b’risq DAR Bjorn.”
Bjorn jinsab lest għal kunċert ieħor ta’ suċċess bit-tir li DAR Bjorn tibqa’ tirċievi l-appoġġ.
Facebook/ Bjorn Formosa