Illum hi ġurnata speċjali għall-attur Glen Callus u għal martu. Din hi l-ġurnata meta taw kelma lil xulxin u ngħaqdu fiż-żwieġ. Martu tistqarr imħabbtu lejh u tesprimi kemm ir-rispett kbir ta’ bejniethom qatt ma naqas.
“Awguri fl-anniversarju, jien grata ħafna għal dak kollu li tagħmel, l-affarijiet żgħar, l-affarijiet kbar u kollox. Grazzi tal-appoġġ tiegħek, int il-blata tiegħi! Jien xortija tajba li miżżewġa ma’ raġel bħalek! Inħobbok, għal ħafna snin sbieħ niċċelebraw flimkien.”
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lil Glen u lil martu aktar snin ta’ saħħa, hena, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbhom!
Facebook/ Glen Callus