Fil-jiem li għaddew Angela Coleiro kitbet li ommha tinsab l-isptar u teħtieġ it-talb. Kien hemm żmien fejn qelbet għall-aħjar iżda reġgħet qalbet għall-agħar. Iżda jidher li fl-aħħar reġgħet qelbet għall-aħjar u b’hekk ta’ toħroġ mill-isptar.
Angela tikteb, “Għal grazzja t’Alla ommi ha toħroġ mill-isptar. Grazzi lit-tabib Nicholas Aquilina, it-tobba l-oħrajn kollha, u l-istaff tal-emerġenza, u l-istaff kollu tal-M5. Grazzi kbira wkoll lillkom kollha tat- talb u l-ħsibijiet sbieħ tagħkom. Grazzi Mulej.”
Ċertament li t-talb ta’ ħafna minnkom għen u hi għaddiet anke ringrazzjament lil dawk kollha li ħasbu fiha u f’ommha f’dan iż-żmien diffiċli li kienet għaddejja minnu. Aħbar sabiħa! Nittamaw li tkompli tirkupra d-dar.
Facebook / Angela Coleiro