"Għandi 75 Sena, Ftit Tas-Snin Ilu Korrejt U Ksirt Il-Kustilji… Ma Waqaftx U Xorta Waħda Bqajt Attiv!" – Paul Grima

Minkejja li għandu 75 sena u snin ilu korra fejn saħansitra kiser il-kustilji, Paul Grima jisħaq li għadu attiv ferm u sforz kemm iħossu b’saħħtu m’għandu l-ebda ħsieb li jieqaf jikser rekord wara l-ieħor billi jerfa fost l-itqal affarijiet.

“Kont ksirt l-irkiekel ta’ dari u erbatax-il kustilja imma xorta waħda bqajt nittrenja għax naf li jekk nieqaf insib ruħi ġo siġġu tar-roti,” saħaq hu f’intervista waqt Kuxjenza.





Paul mhuwiex wiċċ ġdid fix-xena televiżiva hekk kif ftit snin ilu kien ħalla lil bosta mistagħġba meta fost oħrajn qasam kantun fuq rasu waqt awdizzjoni li kien għamel fuq Malta’s Got Talent fejn b’suċċess kien irnexxielu jgħaddi għall-fażi ta’ wara.



Prosit, Paul!

Ritratti: Facebook / Kuxjenza u Paul Grima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI